Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

7.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 142/17


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fit-28 ta' Marzu 2008 — Jacques Damseaux vs L-Istat tal-Belġju

(Kawża C-128/08)

(2008/C 142/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jacques Damseaux

Konvenut: L-Istat tal-Belġju

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 tat-Trattat KE għandu jiġi interpretat bħala li jipprojbixxi restrizzjoni li tirriżulta mill-Konvenzjoni bejn Franza u l-Belġju dwar il-prevenzjoni tat-tassazzjoni doppja, li tistabbilixxi regoli ta' assistenza amministrattiva u ġuridika reċiproka fir-rigward tat-taxxi fuq id-dħul, li tippermetti tassazzjoni doppja parzjali tad-dividendi ta' ishma ta' kumpanniji stabbiliti fi Franza u li tirrendi t-tassazzjoni ta' dawn id-dividendi ogħla mill-unika taxxa miżmuma f'ras il-għajn fil-Belġju applikata għad-dividendi mqassmin minn kumpannija Belġjana lil azzjonist residenti Belġjan?

2)

L-Artikolu 293 tat-Trattat KE għandu jiġi interpretat bħala li jrendi żbaljat in-nuqqas ta' azzjoni tal-Belġju, li ma reġax innegozja ma' Franza mod ġdid għat-tneħħija tat-tassazzjoni doppja tad-dividendi ta' ishma ta' kumpanniji stabbiliti fi Franza?