21.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 158/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden fis-16 ta' April 2008 — X vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-155/08)
(2008/C 158/18)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: X.
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 49 u 56 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru milli, fil-każijiet fejn bilanċ ta' kontijiet ta' tifdil barranin, jew id-dħul minnhom, ma jiġix iddikjarat lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' dak l-Istat Membru, japplika leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex tagħmel tajjeb għan-nuqqas ta' miżuri effikaċji ta' kontroll fuq bilanċ ta' kontijiet ta' tifdil barranin, tipprovdi perijodu ta' rkupru ta' tnax-il sena, filwaqt li l-kontijiet ta' tifdil, jew dħul minnhom, f'dak l-Istat Membru, fejn jeżistu tali miżuri effikaċji ta' kontroll, huma suġġetti għal perijodu ta' rkupru ta' ħames snin? |
2) |
Il-fatt li l-bilanċi in kwistjoni jkunu jinsabu fi Stat Membru li jkun stabbilixxa s-sigriet bankarju jaffettwa r-risposta għall-ewwel domanda? |
3) |
Fil-każ ta' riposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 49 u 56 KE għandhom jiġu kkunsidrati bħala li lanqas ma jipprekludu li multa imposta minħabba n-nuqqas ta' dikjarazzjoni ta' dħul jew kapital fir-rigward ta' liema ġiet a posteriori irkuprata t-taxxa, għandha tiġi kkalkulata b'mod proporzjonali ma' l-ammont irkuprat matul dan il-perijodu itwal? |