Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/17


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden fis-16 ta' April 2008 — E.H.A. Passenheim-van Schoot vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-157/08)

(2008/C 171/30)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: E.H.A. Passenheim-van Schoot.

Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën.

Domandi preliminari

L-Artikoli 49 u 56 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, fil-każ li (dħul minn) assi ta' tifdil barranin ma jkunux iddikjarati lill-awtorità fiskali ta' dan l-Istat, japplika leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex tikkumpensa għan-nuqqas ta' possibbiltajiet effettivi ta' kontroll ta' dawn l-assi, tipprevedi terminu ta' aġġustament tat-taxxa ta' tnax-il sena filwaqt li (dħul minn) assi ta' tifdil miżmuma fit-territorju nazzjonali, fejn jeżistu possibbiltajiet effettivi ta' kontroll, huma suġġetti għal terminu ta' aġġustament ta' ħames snin?