Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (Id-Danimarka) fit-28 ta' April 2008 — NCC Construction Danmark A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-174/08)

(2008/C 171/37)

Lingwa tal-kawża: Id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NCC Construction Danmark A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta' “transazzjonijiet inċidentali għal beni immobbli” li jinsab fit-tieni sentenza ta' l-Artikolu 19(2) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li f'dawn jaqgħu taħt l-attivitajiet ta' kumpannija tal-kostruzzjoni suġġetti għall-VAT, li huma konnessi mal-bejgħ sussegwenti ta' immobbli mibnija mill-kumpannija f'isimha stess, bħala attività kompletament suġġetta għall-VAT bil-għan finali ta' bejgħ sussegwenti?

2)

Għall-finijiet tar-risposta għall-ewwel domanda, hija rilevanti l-portata ta' l-attivitajiet ta' bejgħ, ikkunsidrati separatment, li bihom jimplikaw użu ta' oġġetti u servizzi li għalihom għandha titħallas il-VAT?

3)

Hija kompatibbli mal-prinċipju tan-newtralità tal-VAT għal kumpannija tal-kostruzzjoni li, skond il-liġi fis-seħħ ta' l-Istat Membru in kwistjoni — ibbażata fuq l-Artikoli 5(7) u 6(3) tas-Sitt Direttiva tal-VAT — ikollha tħallas il-VAT fuq il-provvista interna għall-kostruzzjoni ta' beni immobbli f'isimha stess bil-għan ta' bejgħ sussegwenti, li jkollha biss dritt parzjali li tnaqqas il-VAT għall-ispejjeż ġenerali li għamlet il-kumpannija, peress li l-bejgħ sussegwenti ta' l-immobbli skond il-liġi tal-VAT ta' l-Istat Membru huwa eżenti mill-VAT fuq il-bażi tal-qari flimkien ta' l-Artikolu 28(3)(b) u l-punt 16 ta' l-Anness F?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).