Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 197/6


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesfinanzhof (Il-Ġermanja) fit-30 ta' April 2008 — Glaxo Wellcome GmbH & Co. vs Finanzamt München II

(Kawża C-182/08)

(2008/C 197/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Glaxo Wellcome GmbH & Co.

Konvenuta: Finanzamt München II

Domanda preliminari

L-Artikoli 52 KEE (li sar l-Artikolu 43 KE) jew l-Artikolu 73 B KEE (li sar l-Artikolu 56 KE) jipprekludu li leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li tipprovdi li, fil-kuntest ta' skema nazzjonali ta' l-imputazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tal-kumpanniji, l-iżvalutar ta' l-ishma tal-kumpannija minħabba d-distribuzzjoni ta' dividendi ma jaffettwax il-bażi ta' stima tat-taxxa meta persuna li tħallas it-taxxa li tibbenefika minn kreditu tat-taxxa fuq il-kumpanniji tkun xtrat sehem f'kumpannija suġġetta għal obbligu fiskali illimitat mingħand detentur ta' ishma li ma jibbenefikax minn dan it-tnaqqis ta' taxxa, filwaqt li fil-każ ta' xiri mingħand detentur ta' ishma li jibbenefika minn kreditu ta' taxxa, dan l-iżvalutar inaqqas il-bażi taxxabbli tax-xerrej?