Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 247/8


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Wojewódzki Sąd Administracyjny w Poznaniu (Il-Polonja) fit-30 ta' Mejju 2008 — Krzysztof Filipiak vs Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

(Kawża C-314/08)

(2008/C 247/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Pollak

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Krzysztof Filipiak

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Poznaniu

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 43(1) u (2) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi t-tieni punt ta' l-Artikolu 26(1) tal-Liġi Pollakka tas-26 ta' Lulju 1991 dwar it-taxxa fuq id-dħul ta' persuni fiżiċi (ustawa z dnia 26 lipca 1991 r. O podatku dochodowym od osób fizycznych, iktar 'il quddiem il-“liġi IRPP”), li jipprovdi li d-dritt għal tnaqqis mill-bażi ta' stima tat-taxxa fuq id-dħul japplika biss għal kontribuzzjonijiet ta' sigurtà soċjali obbligatorji mħallsa abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, kif ukoll l-Artikolu 27b(1) ta' l-istess liġi IRPP li jipprovdi li d-dritt għal tnaqqis mit-taxxa fuq id-dħul japplika biss għal kontribuzzjonijiet ta' assigurazzjoni medika obbligatorji mħallsa abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali, f'sitwazzjoni li fiha ċittadin Pollakk li huwa suġġett fil-Polonja għall-obbligu ta' taxxa illimitat fuq id-dħul taxxabbli, ħallas kontribuzzjonijiet ta' sigurtà soċjali u ta' assigurazzjoni medika obbligatorji fi Stat Membru ieħor minħabba attività ekonomika li huwa kellu, u li dawn il-kontribuzzjonijiet la ġew imnaqqsa mid-dħul u lanqas mit-taxxa fl-Istat Membru l-ieħor?

2)

Il-prinċipju tas-supremazija tad-dritt Komunitarju u l-prinċipju li jirriżulta mill-Artikoli 10 u 43(1) u (2) KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali inklużi fl-Artikoli 91(2) u (3) u 190(1) u (3) tal-Kostituzzjoni Pollakka (Dz. U. Z 1997 r. Nr 14, poz. 176 et seq) in kwantu d-dħul fis-seħħ ta' sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali hija differita minħabba l-imsemmija dispożizzjonijiet?