Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

11.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 260/6


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Corte suprema di cassazione (L-Italja) fil-15 ta' Lulju 2008 — Latex srl vs Agenzia delle Entrate, Amministrazione dell'Economia e delle Finanze

(Kawża C-316/08)

(2008/C 260/09)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di Cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Latex srl

Konvenuta: Agenzia delle Entrate, Amministrazione dell'Economia e delle Finanze

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva (1) għandu, fid-dawl tan-newtralità tal-VAT, jiġi interpretat bħala li jippermetti lill-Istati Membri li jeskludu kompletament id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa, anki fil-perijodu ta' wara s-snin in kwistjoni, u jipprovdu biss għal rifużjoni?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, l-Artikolu 18(4) u l-prinċipju ta' l-effettività tal-protezzjoni tad-drittijiet li jirriżultaw mis-sistema legali Komunitarja għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jimponu l-obbligu li l-Istati Membri għandhom xorta waħda jiggarantixxu li din ir-rifużjoni ssir fi żmien raġjonevoli?


(1)  Direttiva 388/77/KEE, ĠU L 145, p. 1.