Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 272/10


Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fil-21 ta' Lulju 2008 — X Holding BV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-337/08)

(2008/C 272/15)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X Holding BV.

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domanda preliminari

L-Artikolu 43 KE, moqri flimkien mal-Artikolu 48 KE, għandu jkun interpretat fis-sens li dan jipprekludi li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru […], skont liema kumpannija parent u s-sussidjarja tagħha jistgħu jagħżlu li t-taxxa tkun miġbura fil-konfronti tagħhom mingħand il-kumpannija parent stabbilita f'dan l-Istat Membru daqs li kieku kienu persuna taxxabbli waħda, tirriserva din l-għażla lill-kumpanniji li, għat-tassazzjoni tal-profitti tagħhom, jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni fiskali tal-Istat Membru inkwistjoni?