Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 313/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-1 ta' Ottubru 2008 — Yaesu Europe BV vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-433/08)

(2008/C 313/26)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Yaesu Europe BV

Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta' “firma” fl-ispecimen fl-Anness A tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE tas-6 ta' Diċembru 1979 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m'humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (1), li jintuża sabiex tiġi ppreżentata applikazzjoni għal rifużjoni tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ skont l-Artikolu 3(a) tad-Direttiva, huwa kunċett Komunitarju li għandu jingħata interpretazzjoni uniformi?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

Il-kunċett ta' “firma” għandu jinftiehem li jfisser li l-applikazzjoni għal rifużjoni għandha bilfors tiġi ffirmata mill-persuna taxxabbli stess jew, f'każ ta' persuna ġuridika, mir-rappreżentant legali tagħha, jew hija biżżejjed il-firma ta' aġent (per eżempju, rappreżentant fiskali jew impjegat tal-persuna taxxabbli)?


(1)  ĠU L 331, p. 11.