Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

24.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Finanzsenat, Außenstelle Linz (l-Awstrija) fit-3 ta' Ottubru 2008 — Österreichische Salinen AG vs Finanzamt Linz

(Kawża C-437/08)

(2009/C 19/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Linz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Österreichische Salinen AG

Konvenut: Finanzamt Linz

Domandi preliminari

1)

Id-dritt Komunitarju jipprekludi awtorità nazzjonali milli tuża l-metodu ta' imputazzjoni sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra l-ishma f'kumpanniji barranin sa fejn, skont il-liġi, huma eżenti mit-taxxa biss meta jaqbżu l-livell ta' 25 % (attwalment, ta' 10 %), bil-kontra tal-ishma f'kumpanniji nazzjonali, peress li din il-konsegwenza tikkorrispondi l-aħjar, skont deċiżjoni tal-Verwaltungsgerichtshof (il-qorti amministrattiva tal-Awstrija), mar-rieda (ipotetika) tal-leġiżlatur, u jipprekludi li l-imsemmija awtorità fl-istess waqt tippermetti trasferiment tal-imputazzjoni għas-snin segwenti jew kreditu ta' taxxa għas-sena ta' telf fir-rigward, minn naħa, tat-taxxa fuq il-kumpanniji imputabbli u, min-naħa l-oħra, tat-taxxa f'ras il-għajn imputabbli?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, id-dritt Komunitarju jipprekludi r-rifjut ta' trasferiment tal-imputazzjoni jew ta' kreditu ta' taxxa fil-każ ta' dividendi li ġejjin minn pajjiż terz?