Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

21.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (l-Olanda) fl-4 ta' Diċembru 2008 — Staatssecretaris van Financiën vs X

(Kawża C-536/08)

(2009/C 44/55)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: X

Domanda preliminari

L-Artikoli 17(2) u (3) u 28b(A)(2) tas-Sitt Direttiva (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk, b'mod konformi mal-ewwel subparagrafu ta' dan l-aħħar imsemmi artikolu, il-post fejn isir akkwist intrakomunitarju ta' oġġetti ikun ikkunsidrat li jinsab fit-territorju tal-Istat Membru li ħareġ in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud li taħtu x-xerrej għamel dan l-akkwist, l-imsemmi xerrej għandu d-dritt inaqqas immedjatament il-VAT b'hekk dovuta f'dan l-Istat?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1).