Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

21.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/23


Rikors ippreżentat fid-29 ta' Diċembru 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

(Kawża C-582/08)

(2009/C 69/41)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Lyal, M. Afonso, Aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ċaħdet l-irkupru tat-taxxa input imħallsa għal ċerti tranżazzjonijiet magħmula minn persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 169, 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/CE (1) at-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, u tal-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-Kunsill 86/560/KEE (2) tas-17 ta' Novembru 1986 fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lil persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità;

tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li l-Artikolu 2(1) tat-Tlettax-il Direttiva tal-VAT ma jistax jiġi interpretat bħala li jeskludi r-rifużjoni tal-VAT fir-rigward tal-oġġetti u s-servizzi użati għall-finijiet tat-tranżazzjonijiet ta' assigurazzjoni jew tranżazzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu 17(3)(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (3). Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit tmur kontra d-dritt Komunitarju sa fejn tirrifjuta d-dritt għar-rifużjoni tal-VAT lill-perusni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fit-territorju tal-Komunità Ewropea.


(1)  ĠU L 347, p. 1.

(2)  ĠU L 326, p. 40.

(3)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, ĠU L 145, p. 1.