Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-VAT and Duties Tribunal, Manchester (ir-Renju Unit) fid-29 ta’ Jannar 2009 – Astra Zeneca UK Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-40/09)

2009/C 90/17

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

VAT and Duties Tribunal, Manchester

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Astra Zeneca UK Limited

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

Fiċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, meta impjegat huwa intitolat skont il-kuntratt ta’ impjieg tiegħu li jagħżel li jieħu parti mir-remunerazzjoni tiegħu bħala vawċer ta’ valur nominali, l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1) [li issa sar l-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva Prinċipali fuq il-VAT] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-għoti ta’ dan il-vawċer lill-impjegat minn min iħaddem jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 6(2)(b) [li issa sar l-Artikolu 26(1)(b)] għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrikjedi li l-għoti tal-vawċer lill-impjegat minn min iħaddem, skont il-kuntratt ta’ impjieg, għandu jitqies bħala provvista ta’ servizzi, f’ċirkustanzi fejn il-vawċer għandu jintuża mill-impjegat għar-raġunijiet privati tiegħu?

3)

Jekk l-għoti tal-vawċer la huwa provvista ta’ servizzi magħmula bi ħlas skont l-Artikolu 2(1) u lanqas ma għandu jitqies bħala provvista ta’ servizzi taħt l-Artikolu 6(2)(b), l-Artikolu 17(2) [li issa sar l-Artikolu 168] għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil min iħaddem jirkupra t-taxxa fuq il-valur miżjud li huwa ħallas meta xtara u ta l-vawċer lill-impjegat, skont il-kuntratt ta’ impjieg, f’ċirkustanzi fejn il-vawċer għandu jintuża mill-impjegat għall-raġunijiet privati tiegħu?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1)