18.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 90/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Roma (l-Italja) fid-9 ta’ Frar 2009 – Emiliano Zanotti vs Agenzia delle Entrate
(Kawża C-56/09)
2009/C 90/22
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Roma.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Emiliano Zanotti
Konvenuta: Agenzia delle Entrate
Domanda preliminari
Il-prinċipji ġenerali tat-Trattat u tad-dritt komuni Ewropew dwar il-protezzjoni ġudizzjarja effettiva u sħiħa, kif ukoll dwar it-trattament ugwali u l-libertà ta’ moviment, jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 15 (e) tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 917 tat-22 ta’ Diċembru 1986, dwar test uniku tat-taxxa fuq id-dħul u tal-punt 1.5.1 taċ-Ċirkolari tal-Ministeru tal-Finanzi Nru 95 tat-12 ta’ Mejju 2000, u l-limitu li jirriżulta minn dan għal dak li jikkonċerna r-rikonoxximent tal-obbligi msemmija mill-imsemmija dispożizzjonijiet imur kontra l-leġiżlazzjoni Komunitarja?