Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Regeringsrätten fis-26 ta’ Frar 2009 – X vs Skatteverket

(Kawża C-84/09)

2009/C 90/30

Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż

Qorti tar-rinviju

Regeringsrätten (L-Iżvezja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X.

Konvenut: Skatteverket.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 138 u 20 tad-Direttiva dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasport li jibda mit-territorju tal-Istat tal-oriġini għandu jkun beda f’terminu ta’ żmien partikolari sabiex il-bejgħ ikun eżentat mit-taxxa u sabiex akkwist intra-Komunitarju jkun jista’ jitqies bħala eżistenti?

2)

Bl-istess mod, l-artikoli msemmija għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasport għandu jkun tlesta fl-Istat tal-wasla f’terminu ta’ żmien partikolari sabiex il-bejgħ ikun eżentat mit-taxxa u sabiex akkwist intra-Komunitarju jkun jista’ jitqies bħala eżistenti?

3)

Ir-risposta għad domandi 1 u 2 tkun differenti meta l-merkanzija akkwistata tkun mezz ta’ trasport ġdid u meta x-xerrej ikun individwu li, b’mod definittiv, ikollu l-intenzjoni li juża l-mezz ta’ trasport fi Stat Membru partikolari?

4)

Liema mument għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, f’każ ta’ akkwist intra-Komunitarju, sabiex jiġi evalwat jekk mezz ta’ trasport huwiex ġdid skont l-Artikolu 2(2)(b) tad-direttiva?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 347, p. 1).