18.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 90/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Regeringsrätten fis-26 ta’ Frar 2009 – X vs Skatteverket
(Kawża C-84/09)
2009/C 90/30
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Regeringsrätten (L-Iżvezja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X.
Konvenut: Skatteverket.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 138 u 20 tad-Direttiva dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasport li jibda mit-territorju tal-Istat tal-oriġini għandu jkun beda f’terminu ta’ żmien partikolari sabiex il-bejgħ ikun eżentat mit-taxxa u sabiex akkwist intra-Komunitarju jkun jista’ jitqies bħala eżistenti? |
2) |
Bl-istess mod, l-artikoli msemmija għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasport għandu jkun tlesta fl-Istat tal-wasla f’terminu ta’ żmien partikolari sabiex il-bejgħ ikun eżentat mit-taxxa u sabiex akkwist intra-Komunitarju jkun jista’ jitqies bħala eżistenti? |
3) |
Ir-risposta għad domandi 1 u 2 tkun differenti meta l-merkanzija akkwistata tkun mezz ta’ trasport ġdid u meta x-xerrej ikun individwu li, b’mod definittiv, ikollu l-intenzjoni li juża l-mezz ta’ trasport fi Stat Membru partikolari? |
4) |
Liema mument għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, f’każ ta’ akkwist intra-Komunitarju, sabiex jiġi evalwat jekk mezz ta’ trasport huwiex ġdid skont l-Artikolu 2(2)(b) tad-direttiva? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 347, p. 1).