Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fl-1 ta’ Lulju 2009 — L-Istat tal-Belġju vs Nathalie de Fruytier

(Kawża C-237/09)

2009/C 220/39

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat tal-Belġju

Konvenuta: Nathalie de Fruytier

Domanda preliminari

Attività ta’ trasport ta’ organi u ta’ kampjuni umani, imwettqa bħala ħaddiem li jaħdem għal rasu, għal sptarijiet u laboratorji tikkostitwixxi provvista ta’ organi, demm u ħalib uman, eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud taħt l-Artikolu 13A(1)(d) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1)?


(1)  ĠU L 145, p. 1.