Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

12.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 220/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill- Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments (il-Latvja) fis- 7 ta’ Lulju 2009 — SIA Pakora Pluss vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-248/09)

2009/C 220/43

Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA Pakora Pluss

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

1)

Il-formalitajiet tal-esportazzjoni jistgħu jitqiesu li kienu kompleti għall-finijiet tal-punt 1 [tal-Kapitolu 5 tal-Anness IV] tal-Att ta’ Adeżjoni, meta lista tat-tagħbija kienet redatta iżda l-atti msemmija fl-Artikolu 448 tar-Regolament Nru 2453/93 ma kinux imwettqa (is-servizzi tad-dwana Ġermaniża ma nnotifikawx debitament bit-talba tal-Kumpannija Marittima lis-Servizzi tad-Dwana Litwana) ?

2)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, f’ċirkustanzi bħala dawk ta’ din il-kawża, ir-regoli relatati mal-proċeduri doganali (ir-Regolamenti Nru 2913/92 u 2454/93) jistgħu jitqiesu li mhumiex assolutament applikabbli ?

3)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-Kapitolu 5, Punt 1 tal-Anness IV tal-Att tal-Adeżjoni mal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk merkanzija ttrasportata fil-Komunità mkabbra wara li kienet is-suġġett ta’ formalitajiet tal-esportazzjoni mhijiex irrilaxxata għaċ-ċirkulazzjoni libera, hija ma tibbenefikax mill-eżenzjoni ta’ dazji tad-dwana jew miżuri doganali oħra minkejja li mhemmx dubju fuq in-natura Komunitarja ta’ din il-merkanzija?

Fi kliem ieħor, hija deċiżiva fiċ-ċirkustanza tal-kawża li l-proċedura ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera kinitx kompleta?

4)

It-taxxa fuq il-valur miżjud għandha tkun inkluża fost id-dazji tal-importazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4 (10) tar-Regolament Nru 2913/92 ?

5)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda, l-obbligu li titħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud li hija dovuta, skont id-dażji tad-dwana għall-importazzjoni tal-merkanzija, jaqa’ fuq id-debitur prinċipal jew fuq id-destinatarju tal-merkanzija? Dan l-obbligu jista’ jinqasam, u f’liema ċirkustanzi?