Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (England and Wales) fl-20 ta’ Lulju 2009 — T-Mobile (UK) Ltd vs The Commissioners for her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-276/09)

2009/C 267/52

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division) (England and Wales)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T-Mobile (UK) Ltd

Konvenuta: The Commissioners for her Majesty’s Revenue & Customs.

Domandi preliminari

1)

Liema huma l-karatteristiċi ta’ servizz eżentat li għandu “l-effett li jitrasferixxi fondi u li jinvolvi tibdiliet fis-sitwazzjoni legali u finanzjarja”?

B’mod partikolari:

a)

L-eżenzjoni tapplika għal servizzi li inkella ma kinux jingħataw minn ebda waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji li (i) jiddebitaw kont wieħed u (ii) jikkreditaw kont ieħor b’ammont korrispondenti, jew (iii) iwettqu attività intermedjarja bejn (i) jew (ii)?

b)

L-eżenzjoni tapplika għal servizzi li ma jinkludux it-twettiq ta’ attivitajiet li jikkonsistu fid-debitu ta’ kont u l-kreditu ta’ kont f’ammont korrispondenti, iżda li, meta jseħħ trasferiment ta’ fondi, jista’, b’ħarsa lura, jitqies bħala li kien il-kawża ta’ dak it-trasferiment?

2)

L-eżenzjoni fl-Artikolu 13B(d)(3) tas-Sitt Direttiva (1) għal “tranżazzjonij[i]et […] li jikkonċerna[w] […] pagamenti, [jew] trasferimenti” japplikaw għal servizz ta’ kisba u pproċessar ta’ pagamenti permezz ta’ karti ta’ kreditu u ta’ debitu, bħal dawk imwettqa mill-persuna taxxabbli f’din il-kawża? B’mod partikolari, meta t-trażmissjoni, mill-persuna taxxabbli, tal-fajls ta’ saldu fl-aħħar ta’ kull ġurnata jkollha l-effett li awtomatikament tikkawża d-debitu tal-kont tal-klijent u l-kreditu tal-kont tal-persuna taxxabbli, dawn is-servizzi jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13B(d)(3)?

3)

Ir-risposta għat-tieni domanda tiddependi fuq il-kwistjoni dwar jekk il-persuna taxxabbli nnifisha tiksibx il-kodiċijiet ta’ awtorizzazzjoni għal tranżazzjoni sussegwenti jew jekk hija tiksibx dawn il-kodiċijiet permezz ta’ aġenzija tal-bank akkwirenti tagħha?

4)

L-eżenzjoni fl-Artikolu 13B(d)(1) tas-Sitt Direttiva għal “negozjar ta’ kreditu” tapplika għal servizzi bħal dawk offruti mill-persuna taxxabbli f’din il-kawża fir-rigward ta’ pagamenti magħmulin b’karti ta’ kreditu, fejn minħabba dawn is-servizzi, il-kont tal-karta ta’ kreditu tal-klijenti jiġi ddebitat permezz ta’ ammonti supplimentari ta’ kreditu?

5)

L-eżenzjoni għal “tranżazzjonij[i]et […] li jikkonċerna[w] […] pagamenti, [jew] trasferimenti” tapplika għal servizzi ta’ aċċettazzjoni u pproċessar ta’ pagamenti li jkunu saru permezz ta’ aġenti terzi, bħal dawk offruti mill-persuna taxxabbli permezz tal-Uffiċċju tal-Posta u permezz ta’ PayPoint f’din il-kawża?

6)

L-eżenzjoni għal “tranżazzjonij[i]et […] li jikkonċerna[w] […] pagamenti, [jew] trasferimenti” tapplika għal servizzi ta’ kisba u pproċessar ta’ pagamenti magħmula permezz ta’ ċekk mibgħut lill-persuna taxxabbli jew lill-aġent tagħha, liema pagamenti għandhom jiġu pproċessati mill-persuna taxxabbli u l-bank tagħha?

7)

L-eżenzjoni għal “tranżazzjonij[i]et […] li jikkonċerna[w] […] pagamenti, [jew] trasferimenti” tapplika għal servizzi, bħal dawk offruti mill-persuna taxxabbli f’din il-kawża, li jikkonsistu fir-riċezzjoni u fl-ipproċessar ta’ pagamenti li jkunu saru għand kaxxier f’bank sabiex jiġi kkreditat, permezz tas-sistema bankarja, il-kont bankarju tal-persuna taxxabbli?

8)

Liema huma l-fatturi partikolari li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi deċiż jekk tariffa (bħat-tariffa għall-ipproċessar tal-pagament f’din il-kawża) li tiġi applikata minn persuna taxxabbli lil klijient tagħha fir-rigward tal-għażla tal-klijent li jagħmel pagament lill-persuna taxxabbli billi juża metodu ta’ pagament partikolari, u li hija individwalment identifikata fid-dokument kuntrattwali u ddettaljata b’mod separat fuq fattura maħruġa lill-klijienti, hijiex provvista separata għall-finijiet tal-VAT?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1).