19.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 312/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fit-13 ta’ Ottubru 2009 — Oasis East sp. z o.o. vs Minister Finansów
(Kawża C-395/09)
2009/C 312/34
Lingwa tal-kawża: Il-Pollak
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Oasis East sp. z o.o.
Konvenut: Minister Finansów.
Domanda preliminari
Id-dritt Komunitarju, u b’mod partikolari l-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (li issa sar l-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud), jippermetti lil Stat Membru japplika dispożizzjonijiet nazzjonali li jeskludu d-dritt ta’ persuna taxxabbli li tnaqqas l-ammont ta’ taxxa dovuta, jew li tirċievi rimbors tad-differenza fit-taxxa dovuta fil-każ ta’ akkwist ta’ servizzi importati, li l-prezz tagħhom jitħallas direttament jew indirettament lil persuna li tkun stabilixxiet ir-residenza tagħha, l-uffiċċju rreġistrat tagħha jew it-tmexxija ċentrali tagħha f’wieħed mit-territorji jew pajjiżi li fil-liġi nazzjonali jissejħu “tax havens”, fid-dawl tal-fatt li din l-esklużjoni kienet ġiet adottata fl-Istat Membru qabel is-sħubija tiegħu fil-Komunità?