Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

30.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/25


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-433/09)

2010/C 24/45

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: D. Triantafyllou, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi inkludiet fl-ammont taxxabbli t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fl-Awstrija fuq il-kunsinna ta’ vettura bil-mutur skont il-konsum medju tagħha, ir-Repubblika tal-Awstrija ma osservatx l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 78 u 79 tad-Direttiva tal-VAT 2006/112/KE (1);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkontesta l-inklużjoni tat-taxxa skont il-konsum medju (NoVA) fl-ammont taxxabbli mal-kunsinna ta’ vettura fir-Repubblika tal-Awstrija permezz ta’ din it-taxxa imposta.

It-taxxa skont il-konsum medju tikkostitwixxi bażikament taxxa ta’ reġistrazzjoni li titħallas darba, li l-karatteristika prinċipali tagħha hija r-reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur fir-Repubblika tal-Awstrija. Għaldaqstant il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-98/05 (2), li tipprovdi li taxxa bħal din m’għandhiex tiġi inkluża fl-ammont taxxabbli tal-VAT hija applikabbli għal din il-kawża.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-1 ta’ Ġunju 2006, De Danske Bilimportører (C-98/05, Ġabra 2006 I-4945)