Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

26.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (L-Italja) fis-27 ta’ Lulju 2009 — Paolo Lunardi vs Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

(Kawża C-293/09)

2009/C 233/18

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Parma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Paolo Lunardi

Konvenuta: Agenzia delle Entrate Ufficio di Parma

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 (5) tad-DPR Nru 633/72 imorru kontra d-dritt Komunitarju u l-prinċipju tan-newtralità tal-VAT u, b’mod partikolari, hemm traspożizzjoni żbaljata tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE (1) tas-17 ta’ Mejju 1977, sa fejn il-liġi nazzjonali ma tipprovdix għat-tnaqqis tal-VAT fuq xiri ta’ beni kapitali, minħabba l-kalkolu tal-pro-rata, minn persuni taxxabbli li jwettqu, skont il-liġi, transazzjonijiet li huma eżenti mill-VAT?


(1)  ĠU L 145, p. 1.