Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

21.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (L-Italja) fil-25 ta’ Settembru 2009 — Gennaro Curia vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate

(Kawża C-381/09)

2009/C 282/53

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Gennaro Curia

Konvenut: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Entrate

Domanda preliminari

Skont il-prinċipji tad-dritt Komunitarju, stabbiliti mis-Sitt Direttiva, dwar in-newtralità tal-VAT u tal-eżenzjoni mit-taxxi, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri, tat-tranżazzjonijiet ta’ għoti jew negozjar ta’ kreditu u l-immaniġġjar tal-kreditu mill-persuna li tagħtih, l-attivitajiet ta’ self bl-użura, li huma illegali skont il-liġi kriminali nazzjonali, u li fuq il-livell ekonomiku jistgħu jikkompetu mal-attivitajiet legali korrispondenti ta’ għoti ta’ self fi flus, inklużi mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT, iżda ddikjarati eżenti mill-istess leġiżlazzjoni nazzjonali meta jistgħu jiġu kkunsidrati bħala “tranżazzjonijiet ta’ finanzjament”, jistgħu jiġu ssuġġettati għat-taxxa?