22.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administradiven Sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fil-25 ta’ Frar 2010 — Enel Maritsa Iztok 3 AD vs Direktor na Direktsiya “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsiya za prihodite
(Kawża C-107/10)
2010/C 134/30
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Administradiven Sad Sofia-grad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Enel Maritsa Iztok 3 AD
Konvenut: Direktor na Direktsiya “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Sofia pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsiya za prihodite
Domandi preliminari
L-Artikolu 18(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 183 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li fiċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali jippermettu:
(1) |
li, minħabba emenda leġiżlattiva introdotta bħala parti mill-ġlieda kontra l-frodi fiskali, it-terminu għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud jiġi estiż sad-data tal-adozzjoni ta’ avviż rettifikattiv, peress li tkun ġiet introdotta proċedura ta’ kontroll fiskali fir-rigward tal-persuna taxxabbli fi żmien 45 jum mid-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali, mingħajr ma jkunu dovuti interessi matul dan il-perjodu fuq is-somma li għandha tiġi rimborsata, filwaqt li jkunu sodisfatti fl-istess waqt il-kundizzjonijiet segwenti:
|
(2) |
li l-liġi tipprovdi terminu għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud ta’ 45 jum mid-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali dwar l-imsemmija taxxa, kif ukoll il-possibbiltà li jiġi sospiż dan it-terminu, u sussegwentement li jiġi estiż billi tiġi introdotta proċedura ta’ kontroll fiskali matul it-terminu inkwistjoni, meta l-perijodu ta’ kalkolu ta’ din it-taxxa huwa ta’ xahar? |
(3) |
li r-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud isir permezz ta’ avviż rettifikattiv, billi ssir tpaċija tas-somma li għandha tiġi rimborsata mad-djun relatati mal-imsemmija taxxa kif ukoll ma’ taxxi oħra kkonstatati fl-istess avviż rettifikattiv u ma’ kreditu tal-Istat relatat ma’ perijodi ta’ impożizzjoni differenti, kif ukoll mal-interessi dovuti fuq dawn is-somom, ikkalkolati b’effett mid-data tal-adozzjoni tal-avviż rettifikattiv, filwaqt li l-kontroll jikkonferma l-eżattezza tat-taxxa li għandha tiġi rimborsata kif speċifikata fid-dikjarazzjoni u filwaqt li jkunu sodisfatti fl-istess waqt il-kundizzjonijiet segwenti:
|
(4) |
li, filwaqt li l-kontroll ikkonferma l-eżattezza tat-taxxa li għandha tiġi rimborsata kif speċifikata fid-dikjarazzjoni fiskali, l-Istat iwettaq tpaċija mad-diversi djun fiskali kkonstatati fl-avviż rettifikattiv dwar il-perijodi preċedenti fid-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali inkwistjoni, kif ukoll mal-interessi fuq dawn id-djun, fid-data tal-adozzjoni tal-imsemmi avviż rettifikattiv milli fid-data tal-imsemmija dikjarazzjoni, filwaqt li l-Istat ma għandux iħallas interessi matul it-terminu legali għar-rimbors tas-somom dovuti u japplika l-interessi fuq it-taxxi paċuti bejn id-data tal-preżentata tad-dikjarazzjoni fiskali u d-data tal-adozzjoni tal-avviż rettifikattiv? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 23
(2) ĠU L 347, p. 1