Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fl-10 ta’ Marzu 2010 — FOGGIA-Sociedade Gestora de Participações Sociais SA vs Secretário de Estado dos Assuntos Fiscais

(Kawża C-126/10)

2010/C 134/37

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FOGGIA-Sociedade Gestora de Participações Sociais SA.

Konvenut: Secretário de Estado dos Assuntos Fiscais

Intervenjent: Ministério Público

Domandi preliminari

(1)

X’inhi t-tifsira u l-portata tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 11(1)(a) tad-Direttiva 90/434/KEE (1), tat-23 ta’ Lulju 1990, u b’mod partikolari x’jinkludu l-kunċetti “raġunijiet ekonomiċi validi” u “ristrutturazzjoni mill-ġdid jew ir-razzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet” tal-kumpanniji li jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt id-Direttiva 90/434/KE?

(2)

L-interpretazzjoni, mogħtija mill-amministrazzjoni tat-taxxi, dwar in-nuqqas ta’ raġunijiet ekonomiċi serji li jiġġustifikaw it-talba ta’ trasferiment ta’ telf fiskali min-naħa tal-kumpannija li qed tinkorpora, li fir-rigward tagħha hija ma qisitx li l-interess ekonomiku tal-inkorporazzjoni kien evidenti, mill-perspettiva tal-kumpannija li qed tinkorpora, fid-dawl tal-fatt li l-kumpannija li kienet qed tiġi inkorporata ma żviluppat ebda attività bħala kumpannija li tamministra ishma f’kumpannija, u lanqas ma kellha ishma finanzjarji, iżda kienet tittrasferixxi telf għoli, minkejja li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-inkorporazzjoni setgħet tipproduċi effett pożittiv fir-rigward tal-istruttura tal-ispejjeż tal-grupp, hija kompatibbli ma’ din ir-regola Komunitarja?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142)