Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

31.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach (ir-Repubblika tal-Polonja) fit-3 ta’ Mejju 2010 — Logstor ROR Polska Sp. z o.o. vs Dyrektorowi Izby Skarbowej w Katowicach

(Kawża C-212/10)

()

2010/C 209/20

Lingwa tal-kawża: il-Polakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Logstor ROR Polska Sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektorowi Izby Skarbowej w Katowicach.

Domandi preliminari

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 69/335/KEE, tas-17 ta’ Lulju 1969, li tikkonċerna taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital (1), emendata fis-17 ta’ Ġunju 1985 bl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 85/303/KEE (2), tal-10 ta’ Ġunju 1985, jippermetti lil Stat Membru li jintroduċi mill-ġdid, fl-1 ta’ Jannar 2007, dazju fuq il-kapital fuq self meħud minn kumpannija b’kaptial azzjonarju, jekk il-kreditur ikollu dritt għal sehem mill-qligħ tal-kumpannija, meta l-Istat Membru kien preċedentement irrinunzja għall-ġbir ta’ din it-taxxa fid-data tal-adeżjoni tiegħu (fl-1 ta’ Mejju 2004)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 11.

(2)  Direttiva tal-Kunsill li temenda Direttiva 69/335/KEE rigward taxxi indiretti fuq il-ġbir ta’ kapital, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 122.