Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

11.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ Ġunju 2010 — Campsa Estaciones de Servicio S.A. vs Administración del Estado

(Kawża C-285/10)

()

2010/C 246/33

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Campsa Estaciones de Servicio S.A..

Konvenuta: Administración del Estado.

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 77/338/KEE (1), tas-17 ta’ Mejju 1977, tippermetti li l-Istati Membri jistabbilixxu, għat-tranżazzjonijiet bejn partijiet marbuta li ftehmu prezz manifestament inqas minn dak mitlub fuq is-suq, bażi taxxabbli li hija differenti mill-bażi stabbilita bir-regola ġenerali tal-Artikolu 11A(1)(a) tal-imsemmija direttiva, jiġifieri l-korrispettiv, billi jestendu l-applikazzjoni tar-regoli tal-impożizzjoni tal-oġġetti u tas-servizzi (bħall-Artikolu 79(5) tal-liġi Spanjola dwar il-VAT, qabel ma ġie emendat bil-liġi 36/2006 tad-29 ta’ Novembru 2006), mingħajr ma tiġi segwita l-proċedura speċifika prevista fl-Artikolu 27 tal-imsemmija direttiva sabiex tikseb l-awtorizzazzjoni li ssir deroga mir-regola ġenerali, li Spanja kisbet biss wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2006?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)