Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

14.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fl-10 ta’ Ġunju 2010 — Tankreederei I SA vs Directeur de l'administration des Contributions directes

(Kawża C-287/10)

()

2010/C 221/44

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tankreederei I SA.

Konvenut: Directeur de l’administration des Contributions directes

Domanda preliminari

L-Artikoli 49 KE u 56 KE jipprekludu d-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 152 bis tal-liġi emendata, tal-4 ta’ Diċembru 1967, dwar it-taxxa fuq id-dħul sa fejn il-persuni taxxabbli Lussemburgiżi jingħataw il-benefiċċju ta’ kreditu tat-taxxa għall-investiment bil-kundizzjoni li dawn l-investimenti jsiru fi stabbiliment li jinsab fil-Gran Dukat u jkunu intiżi jibqgħu hemm b’mod permanenti u barra minn hekk ikunu mħaddma fiżikament fuq it-territorju Lussemburgiż?