Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/24


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-480/10)

()

2010/C 328/41

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u K. Simonsson, bħala aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja

Talbiet tal-parti rikorrenti

tiddikjara li, billi llimita fil-prattika s-sistema ta’ ragruppament għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-fornituri ta’ servizzi finanzjarji u ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u

tikkundanna lir-Renju tal-Isvezja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-regoli Svediżi dwar ir-raggruppament għall-finijiet tal-VAT huma kuntrarji għall-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT, peress li l-applikazzjoni tagħhom hija llimitatata għal impriżi li huma attivi fil-qasam finanzjarju. Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, sistemi nazzjonali ta’ ragruppament għall-finijiet tal-VAT għandhom japplikaw fuq l-impriżi kollha li huma stabbiliti fi Stat Membru li japplika l-ftehim, irrispettivament tat-tip ta’ attività mwettqa mill-impriża.

Is-sistema komuni tal-VAT hija sistema uniformi. L-introduzzjoni ta’ sistema speċjali f’din is-sistema għandha konsegwentement, bħala prinċipju, titwettaq b’tali mod li s-sistema tkun applikabbli b’mod ġenerali.

Ma hemm xejn fil-kliem tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT li jindika li Stat Membru jista’ jillimita l-applikazzjoni ta’ sistema ta’ ragruppament għall-finijiet tal-VAT fuq ċerti impriżi attivi f’ċertu qasam.

L-għan tal-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT juri li din id-dispożizzjoni għandha tinftiehem bħala li tapplika fuq l-impriżi kollha fl-oqsma kollha.

Barra minn hekk, ir-regoli Svediżi dwar is-sistema ta’ ragruppament għall-finijiet tal-VAT huma inkompatibbli mal-prinċipju tal-liġi tal-Unjoni Ewropea ta’ trattament ugwali.