Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju) fid-19 ta’ Ottubru 2010 — Vlaamse Oliemaatschappij vs F.O.D. Financiën

(Kawża C-499/10)

()

2011/C 13/34

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vlaamse Oliemaatschappij

Konvenut: F.O.D. Financiën

Domandi preliminari

L-ex Artikolu 21(3) tas-Sitt Direttiva (77/388/KEE) (1), li issa sar l-Artikolu 205 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, flimkien mal-Artikoli 202 u 157(1)(b) tal-istess direttiva, jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu li l-amministratur ta’ maħżen li ma huwiex maħżen tad-dwana huwa inkondizzjonalment responsabbli in solidum għall-ħlas tat-taxxa dovuta wara kunsinna bi ħlas mill-proprjetarju tal-merkanzija suġġetta għat-taxxa, anki jekk l-amministratur tal-maħżen huwa in bona fide jew jekk ma jistgħu jiġu imputati lilu ebda tort jew negliġenza [Artikolu 15a(3) tal-Wetboek van de belasting over toegevoegde waarde (Kodiċi tal-VAT)]


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)

(2)  ĠU L 347, p. 1