Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

12.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 80/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2010 — Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR) vs Finanzamt Plauen, parti oħra fil-Kawża: Bundesministerium der Finanzen

(Kawża C-587/10)

2011/C 80/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR)

Konvenuta: Finanzamt Plauen

Parti oħra fil-kawża: Bundesministerium der Finanzen

Domandi preliminari

(1)

Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/338/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) tippermetti li ma tittiħidx inkunsiderazzjoni kunsinna intra-Komunitarja li hija biss eżenti fil-każ fejn il-persuna taxxabbli tipproduċi l-prova ta’ kontabbiltà tan-numru ta’ identifikazzjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud tax-xerrej?

(2)

Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda huwa importanti li jiġi ddeterminat:

(a)

jekk ix-xerrej huwiex imprenditur stabbilit f’pajjiż terz, li, minkejja li jkun bagħat il-prodott ikkunsinnat minn Stat Membru għal ieħor fil-kuntest ta’ serje ta’ tranżazzjonijiet, ma huwa rreġistrat fl-ebda Stat Membru fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ

u

(b)

jekk il-persuna taxxabbli pprovatx li x-xerrej iddikjara x-xiri intra-Komunitarju fuq il-livell fiskali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol 1 p. 2.