12.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2010 — Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR) vs Finanzamt Plauen, parti oħra fil-Kawża: Bundesministerium der Finanzen
(Kawża C-587/10)
2011/C 80/19
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vogtländische Straßen-, Tief- und Rohrleitungsbau GmbH Rodewisch (VSTR)
Konvenuta: Finanzamt Plauen
Parti oħra fil-kawża: Bundesministerium der Finanzen
Domandi preliminari
(1) |
Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/338/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) tippermetti li ma tittiħidx inkunsiderazzjoni kunsinna intra-Komunitarja li hija biss eżenti fil-każ fejn il-persuna taxxabbli tipproduċi l-prova ta’ kontabbiltà tan-numru ta’ identifikazzjoni għat-taxxa fuq il-valur miżjud tax-xerrej? |
(2) |
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda huwa importanti li jiġi ddeterminat:
|
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol 1 p. 2.