Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fl-14 ta’ Diċembru 2010 — Minister Finansów vs Kraft Foods Polska S.A.

(Kawża C-588/10)

2011/C 89/10

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów.

Konvenuta: Kraft Foods Polska SA.

Domandi preliminari

Kundizzjoni bħal dik stabbilita fl-Artikolu 29(4)(a) tal-ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-taxxa fuq il-beni u s-servizzi, Dz. U. Nru 54, entrata 535, kif emendata), li tissuġġetta d-dritt li tnaqqas l-ammont taxxabbli imniżżel fil-fattura, għaż-żamma mill-persuna taxxabbli, qabel l-iskadenza tat-terminu sabiex tiġi sottomessa dikjarazzjoni tat-taxxa relatata mal-perijodu taxxabbli li matulu x-xerrej tal-prodott jew tas-servizz irċieva l-fattura korretta, tad-dikjarazzjoni ta’ riċevuta tal-imsemmija fattura korretta min-naħa tax-xerrej ta’ dak il-prodott jew servizz mixtri, taqa’ taħt il-kunċett ta’ kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1), li tipprovdi li fejn il-prezz jitnaqqas wara li t-tranżazzjoni tkun seħħet, l-ammont taxxabbli għandu għaldaqstant jitnaqqas skont kundizzjonijet li jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, u din il-kundizzjoni tikser il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità?