Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Jannar 2011 — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Philips Electronics UK Ltd

(Kawża C-18/11)

2011/C 89/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs.

Konvenuta: Philips Electronics UK Ltd.

Domandi preliminari

(1)

Meta Stat Membru (bħar-Renju Unit) jinkludi fil-bażi taxxabbli tiegħu il-qligħ u t-telf ta’ kumpannija li għall-finijiet tat-taxxa hija stabbilita u residenti fi Stat Membru ieħor (bħall-Pajjiżi l-Baxxi) sa fejn il-qligħ huwa attribwibbli għal kummerċ fir-Renju Unit imwettaq minn kumpannija tal-Pajjiżi l-Baxxi permezz ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fir-Renju Unit, tkun restrizzjoni fuq il-libertà ta’ stabbiliment fir-Renju Unit ta’ ċittadin ta’ Stat Membru skont l-Artikolu 49 TFUE (ex Artikolu 43 KE) jekk ir-Renju Unit jipprekludi t-trasferiment tat-telf fir-Renju Unit ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fir-Renju Unit ta’ kumpannija mhux residenti fir-Renju Unit lil kumpannija stabbilita fir-Renju Unit bħala għajnuna fi ħdan grupp, fejn parti minn dak it-telf jew xi ammont ikkunsidrat fil-komputazzjoni tiegħu “jikkorrispondi għal, jew jirrappreżenta, kull ammont li, fir-rigward ta’ kull taxxa barranija jista’ (f’kull perijodu) jitnaqqas minn jew b’xi mod ieħor jittieħed inkunsiderazzjoni kontra qligħ mhux derivanti mir-Renju Unit tal-kumpannija jew ta’ kull persuna”, jiġifieri li jiġi permess it-trasferiment ta’ telf fir-Renju Unit fil-każ ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fir-Renju Unit biss fil-każ fejn huwa ċar li fiż-żmien meta ssir it-talba ma jista’ qatt ikun hemm tnaqqis jew allowance fi Stat ieħor minbarra r-Renju Unit (inkluż Stat Membru ieħor (bħall-Pajjiżi l-Baxxi)), u fejn ma jkunx suffiċjenti li tkun intalbet għajnuna disponibbli f’pajjiż barrani, u f’ċirkostanzi fejn ma hemm ebda kundizzjoni ekwivalenti applikabbli għat-trasferiment ta’ telf fir-Renju Unit ta’ kumpannija residenti fir-Renju Unit?

(2)

F’każ ta’ risposta fil-pożittiv għall-ewwel domanda, dik ir-restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata:

(a)

biss abbażi tal-bżonn li jiġi prekluż l-użu doppju tat-telf, jew

(b)

biss abbażi tal-bżonn li jinżamm il-bilanċ bejn is-setgħat ta’ impożizzjoni tal-Istati Membri, jew

(ċ)

abbażi tal-bżonn li jinżamm il-bilanċ bejn is-setgħat ta’ impożizzjoni tal-Istati Membri flimkien mal-bżonn li jiġi prekluż l-użu doppju tat-telf?

(3)

F’każ ta’ risposta fil-pożittiv għat-tieni domanda, ir-restrizzjoni hija proporzjonata għal tali ġustifikazzjoni jew ġustifikazzjonijiet?

(4)

Jekk xi restrizzjoni fuq id-drittijiet ta’ kumpannija stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi ma hijiex iġġustifikata jew sa fejn ma tkunx proporzjonata fir-rigward ta’ xi ġustifikazzjoni, id-dritt tal-UE jeħtieġ li r-Renju Unit jipprovdi lill-kumpannija stabbilita fir-Renju Unit b’rimedju, bħad-dritt li titlob għajnuna fi ħdan grupp fil-konfront tal-profitti tagħha?