Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

19.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fil-21 ta’ Jannar 2011 — A Oy

(Kawża C-33/11)

2011/C 89/21

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A Oy

Konvenuta: Veronsaajien oikeudenvalvontayksikkö

Domandi preliminari

(1)

Il-punt 6 tal-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE (1) dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “linji ta’ l-ajru li joperaw għall-ħlas prinċipalment fuq rottot internazzjonali” jinkludi l-kumpannija tal-ajru kummerċjali li l-attività tagħhom tikkonsisti prinċipalment fi vjaġġi fuq rotot internazzjonali bi ħlas fis-settur tat-titjiriet nolleġġati, sabiex jaqdu l-bżonnijiet ta’ impriżi u ta’ individwi?

(2)

Il-punt 6 tal-Artikolu 15 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’dan il-punt tapplika biss għall-kunsinna ta’ ajruplani direttament lil kumpannija tal-ajru li l-attività tagħha tikkonsisti prinċipalment fi vjaġġi fuq rotot internazzjonali bi ħlas jew fis-sens li din l-eżenzjoni tapplika wkoll għall-kunsinna ta’ ajruplani lil operatur li l-attività prinċipali tiegħu ma hijiex l-operazzjoni ta’ vjaġġi fuq rotot internazzjonali bi ħlas, iżda li jqiegħed l-ajruplan għad-dispożizzjoni ta’ operatur li jopera tali vjaġġi?

(3)

Fid-dawl tal-fatt li l-kumpannija tal-ajru setgħet ukoll tuża l-ajruplani għal titjiriet oħra, huwa rilevanti għar-risposta li tingħata għat-tieni domanda li l-proprjetarju tal-arjuplani jiffattura l-ispejjeż li jikkorrispondu għall-użu ta’ dawn l-ajruplani lil individwu, li jkun l-azzjonist ta’ dan il-proprjetarju, u li juża l-ajruplani mixtrija prinċipalment għall-iskopijiet tiegħu, kummerċjali u/jew privati?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)