Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/10


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-85/11)

2011/C 145/14

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: R. Lyal, aġent)

Konvenuta: L-Irlanda

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li billi tippermetti lil persuni li ma humiex suġġetti għat-taxxa jkunu membri ta’ grupp tal-VAT (meqjusa bħala persuna taxxabbli waħda għall-finijiet tal-VAT), l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud;

tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Għal raġunijiet prattiċi u sabiex tiġġieled l-abbużi possibbli, id-direttiva tal-VAT tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw lil żewġ persuni taxxabbli jew iktar meħuda flimkien bħala persuna taxxabbli waħda. Ir-rikorrenti ssostni li d-direttiva ma tawtorizzahomx jinkludu f’dan il-grupp lill-persuni li ma humiex suġġetti għat-taxxa, u li għalhekk jestendu d-drittjiet u l-obbligi tal-persuni taxxabbli għal persuni li ma humiex suġġetti għat-taxxa. Għalhekk, il-leġiżlazzjoni tal-Irlanda li tippermetti l-inklużjoni tal-persuni li ma humiex suġġetti għat-taxxa fi grupp tal-VAT tmur kontra d-direttiva.


(1)  ĠU L347, p. 1