Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad — Varna (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Marzu 2011 — “Klub” OOD vs Direktor na direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-153/11)

2011/C 186/21

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Klub” OOD.

Konvenuti: Direktor na direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (id-Direttur tad-Direttorat “Appelli u ġestjoni tal-eżekuzzjoni” mill-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa).

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 168(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006 (1), dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li, wara li l-persuna taxxabbli tkun eżerċitat id-dritt tagħha ta’ għażla ħielsa u allokat proprjetà immobbli li tirrappreżenta beni kapitali mal-patrimonju tal-kumpannija, huwa preżunt (jiġi preżunt, sakemm jiġi ppruvat il-kuntrarju) li din il-proprjetà se tintuża għall-finijiet ta’ operazzjonijiet taxxabbli magħmula mill-persuna taxxabbli?

(2)

L-Artikolu 168(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input fuq ix-xiri ta’ proprjetà immobli allokata mal-patrimonju tal-impriża ta’ persuna taxxabbli li jirriżulta immedjatament matul il-perijodu fiskali li matulu t-taxxa tkun saret dovuta, irrispettivament minn jekk il-proprjetà immobli tkunx tista’ tintuża minħabba n-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni biex tiġi mħaddma kif rikjest mil-liġi?

(3)

Prattika amministrattiva, bħal dik ta’ Natsionalna Agentsia po Prihodite, li tikkonsisti f’li persuni taxxabbli, fis-sens tal-liġi Bulgara fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud, jiġu mċaħħda milli jnaqqsu VAT tal-input għal beni kapitali mixtrija minnhom minħabba li dawn il-beni huma użati għall-finijiet privati tal-proprjetarji tal-kumpanniji, mingħajr ma l-valur miżjud jiġi impost fuq dan l-użu, hijiex konsistenti mad-direttiva?

(4)

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-kumpannija rikorrenti għandha d-dritt li tnaqqas il-VAT tal-input fuq ix-xiri ta’ proprjetà immobbli, jiġifieri l-maisonette f’Sofia?


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1