Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/16


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-189/11)

2011/C 186/27

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u C. Soulay, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet tal-parti rikorrenti

Tiddikjara li

billi applika l-iskema speċjali għal aġenziji tal-vjaġġi għal dawk il-każijiet fejn is-servizzi ta’ vjaġġar inbiegħu lil persuna li ma hijiex il-vjaġġatur;

billi eskluda mill-applikazzjoni ta’ din l-iskema speċjali l-bejgħ lill-pubbliku min-naħa tal-aġenziji li jbiegħu bl-imnut li jwettqu f’isimhom stess vjaġġi organizzati minn aġenziji li jbiegħu bl-ingross;

billi awtorizza lill-aġenziji tal-vjaġġi, taħt ċirkustanzi partikolari, li jniżżlu fil-fattura kwota globali li ma hijiex relatata mal-VAT effettivament miġbur mingħand il-klijent, u billi awtorizza lil dan il-klijent, dejjem jekk ikun suġġett passiv, li jnaqqas din il-kwota globali mill-VAT li għandu jitħallas, u

billi awtorizza lill-aġenziji tal-vjaġġi, sa fejn jibbenefikaw mill-iskema speċjali, li jistabbilixxu l-ammont taxxabbli globalment għal kull perijodu ta’ taxxa,

ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 306 sa 310; 226; 168, 169 u 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-applikazzjoni li r-Renju ta’ Spanja jagħmel tal-iskema speċjali għal aġenziji tal-vjaġġġi, sa fejn ma hijiex limitata għas-servizzi pprovduti lill-vjaġġaturi, kif stabbilit mid-direttiva, iżda li testendi għal operazzjonijiet imwettqa bejn aġenziji tal-vjaġġi, tikser id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-VAT.

Minbarra dan, l-esklużjoni minn din l-iskema speċjali tal-bejgħ lill-pubbliku minn aġenziji li jbiegħu bl-imnut li jwettqu f’isimhom stess vjaġġi organizzati minn aġenziji li jbiegħu bl-ingrossa, ukoll ma hijiex kompatibbli mad-direttiva, peress li tali attivitajiet jidħlu, mingħajr ebda dubju fil-fehma tal-Kummissjoni, taħt l-attivitajiet koperti mill-iskema speċjali.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li jiksru bl-istess mod id-Direttiva tal-VAT ir-regoli Spanjoli li jawtorizzaw lill-aġenziji tal-vjaġġi, mingħajr ebda bażi f’din id-direttiva, li jniżżlu fil-fattura kwota globali tal-VAT li ma hijiex relatata mal-VAT effettivament miġbura mingħand il-klijient, kif ukoll dawk ir-regoli li jawtorizzaw lil dan tal-aħħar, dejjem jekk ikun suġġett passiv, li jnaqqas din il-kwota globali mill-VAT li għandha titħallas, kif ukoll dawk li jippermettu lill-aġenziji tal-vjaġġi, sa fejn dawn jibbenefikaw mis-sistema speċjali, li jistabbilixxu l-ammont taxxabbli globalment għal kull perijodu taxxabbli.


(1)  ĠU L 347, p. 1