16.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 211/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-9 ta’ Mejju 2011 — État belge vs Medicom sprl
(Kawża C-210/11)
2011/C 211/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: État belge
Konvenuta: Medicom sprl
Domandi preliminari
(1) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(2)(a) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu milli jiġi kkunsidrat bħala provvista ta’ servizzi eżentati, peress li huwa kera ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-imsemmi Artikolu 13B(b), l-użu, għall-bżonnijiet privati tad-diretturi, amministraturi jew imsieħba u tal-familja tagħhom ta’ kumpannija bil-personalità ġuridika, ta’ parti jew tat-totalità ta’ bini li jagħmel parti mill-patrimonju ta’ din il-kumpannija u hekk intiż fit-totalità tiegħu għall-impriża tagħha, fil-każ fejn l-ebda kera fi flus ma tiġi stabbilita bħala ħlas għal dan l-użu imma fejn dan huwa benefiċċju minn impjieg jew kariga impost bħala tali fil-kuntest tat-taxxa fuq id-dħul li huma suġġetti għaliha d-diretturi, peress li dan l-użu huwa għalhekk ikkunsidrat għal skopijiet ta’ taxxa bħala l-ħlas ta’ parti mill-provvista ta’ xogħol magħmul mid-diretturi, amministraturi jew l-imsieħba? |
(2) |
Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-imsemmija eżenzjoni tapplika fl-imsemmija ipoteżi meta l-kumpannija tonqos milli tipprova l-eżistenza ta’ rabta neċessarja bejn l-użu tal-impriża u t-tqegħid għad-dispożizzjoni parzjali jew totali tal-bini għad-diretturi, amministraturi jew imsieħba, u f’dan il-każ, l-eżistenza ta’ rabta indiretta hija biżżejjed? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.