Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

23.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 219/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fit-13 ta’ Mejju 2011 — BGŻ Leasing Sp. z o. o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

(Kawża C-224/11)

2011/C 219/11

Lingwa tal-kawża: il-Pollak

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BGŻ Leasing Sp. z o. o.

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KEE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) għandu jiġi interpretat fis-sens li servizzi ta’ ssigurazzjoni relatata ma’ oġġet mogħti b’leasing u servizzi tal-leasing stess għandhom jiġu kkunsidrati bħala servizzi distinti jew bħala servizzi globali komposti ta’ leasing?

(2)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija fis-sens li servizzi ta’ assigurazzjoni relatata ma’ oġġet mogħti b’leasing u servizzi tal-leasing stess għandhom jiġu kkunsidrati bħala servizzi distinti, id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 135(1)(a) u tal-Artikolu 28 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġi interpretati fis-sens li servizzi tal-assigurazzjoni relatata mal-oġġett mogħti b’leasing huwa eżenti mill-VAT meta min jagħti l-leasing jassigura huwa stess l-imsemmi oġġett u jiffattura l-ispejjeż ta’ din l-assigurazzjoni lil min jieħu l-leasing?