Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Mejju 2011 — Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs vs Able UK Ltd

(Kawża C-225/11)

2011/C 211/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Her Majesty’s Commissioners of Revenue and Customs

Konvenuta: Able UK Ltd

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 151(1)(ċ) tad-Direttiva Prinċipali dwar il-VAT (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżenta l-provvista fir-Renju Unit ta’ servizzi ta’ żmantellar ta’ bastimenti rtirati mis-servizz tal-US Navy lill-US Department of Transportation Maritime Administration f’waħda jew fiż-żewġ ċirkustanzi segwenti:

(a)

meta l-provvista ma tkunx saret lil parti mill-forzi armati ta’ membru tan-NATO li jipparteċipa fl-isforz ta’ difiża komuni jew lil persunal ċivili li jakkumpanjhom;

(b)

meta l-provvista ma tkunx saret lil parti mill-forzi armati ta’ membru tan-NATO stazzjonat jew fi żjara fir-Renju Unit jew lil persunal ċivili li jakkumpanja lil tali forzi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (ĠU L 347, p. 1)