Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

6.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 232/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad-Varna (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Mejju 2011 — “TETS Haskovo” AD vs Direktor na Direktsiya “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsiya za prihodite (Direttur tad-Direttorat “Appelli u ġestjoni tal-eżekuzzjoni” għall-belt ta’ Varna, fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa)

(Kawża C-234/11)

2011/C 232/26

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad-Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“TETS Haskovo” AD

Konvenuti: Direktor na Direktsiya “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsiya za prihodite (Direttur tad-Direttorat “Appelli u ġestjoni tal-eżekuzzjoni” għall-belt ta’ Varna, fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija nazzjonali tat-taxxa)

Domandi preliminari

(1)

Kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “distruzzjoni tal-proprjetà” fis-sens tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 (1), u l-motivi u/jew il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tad-distruzzjoni huma rilevanti għall-finijiet tal-aġġustament tat-taxxa tal-input fuq il-VAT imnaqqsa meta tinxtara l-proprjetà?

(2)

It-twaqqigħ debitament ipprovat tal-proprjetà ta’ impriża bl-uniku għan li jinbena ieħor ġdid, iktar modern, bl-istess skop, għandu jiġi interpretat bħala “tibdil fil-fatturi użati biex jiddeterminaw l-ammont li għandu jitnaqqas” fis-sens tal-Artikolu 185(1) tad-Direttiva 2006/112?

(3)

L-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri li jipprovdu għal aġġustamenti f’każ ta’ distruzzjoni ta’ proprjetà meta l-akkwist ta’ din tal-aħħar ma jkunx ta lok għal ħlas jew ikun ta lok għal ħlas parzjali?

(4)

L-Artikolu 185(1) u (2) tad-Direttiva 2006/112 tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikoli 79(3) u 80(2)(1) tal-Liġi Bulgara dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (ZDDS), li tipprovdi aġġustament tat-taxxa tal-input fuq il-VAT imnaqqsa f’każ ta’ distruzzjoni ta’ proprjetà li għaliha l-ammont prinċipali u l-VAT ffatturati tħallsu fl-intier tagħhom, u li tissuġġetta n-nuqqas ta’ aġġustament tat-taxxa tal-input fuq il-VAT għal kundizzjoni oħra minbarra l-ħlas?

(5)

L-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li jeskludi l-possibbiltà li tiġi aġġustata t-taxxa tal-input fuq il-VAT diġà mnaqqsa fil-każ ta’ twaqqigħ ta’ bini, bl-unika skop li jinbena minflok bini ġdid iktar modern, li għandu l-istess skop u li jiġġenera qligħ li jagħti d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input fuq il-VAT?


(1)  ĠU L 347, p. 1