Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Bruxelles fis-20 ta’ Mejju 2011 — RVS Levensverzekeringen NV vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-243/11)

2011/C 252/25

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RVS Levensverzekeringen NV

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 50 tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Novembru 2002, li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (1), li s-subparagrafu 1 tiegħu jipprovdi li, mingħajr preġudizzju għal armonizzazzjoni ulterjuri, kull kuntratt ta’ assigurazzjoni għandu jkun suġġett esklużivament għat-taxxi indiretti u għall-piżijiet parafiskali fuq premjums ta’ assigurazzjoni fl-Istat Membru tal-impenn u li s-subparagrafu 3 tiegħu jipprovdi li, b’riżerva għal armonizzazzjoni futura, kull Stat Membru għandu japplika għal dawk l-impriżi ta’ assigurazzjoni li jieħdu impenji li jinstabu fit-territorju tiegħu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw il-miżuri intiżi sabiex jiġi żgurat il-ġbir tat-taxxi indiretti u piżijiet parafiskali dovuti taħt is-subparagrafu 1, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li tinsab fl-Artikoli 173 u 175/3 tal-Kodiċi tad-drittijiet u tat-taxxi varji, li jipprovdu li t-tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni (u b’mod partikolari t-tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja) huma suġġetti għal taxxa annwali meta r-riskju jkun jinsab fil-Belġju, b’mod partikolari meta l-persuna li qed tiġi assigurata jkollha r-residenza abitwali tagħha fil-Belġju jew, jekk il-persuna li qed tiġi assigurata hija persuna ġuridika, meta l-istabbiliment ta’ din il-persuna ġuridika msemmija fil-kuntratt jinsab fuq it-territorju Belġjan, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-post ta’ residenza tal-persuna li qed tiġi assigurata fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt?

(2)

Il-prinċipji Komunitarji relatati mat-tneħħija bejn l-Istati Membri tal-Komunità tal-ostakoli kollha għall-moviment liberu tal-persuni u tas-servizzi, liema prinċipji jirriżultaw fl-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jostakolaw leġiżlazzjoni bħal dik li tinsab fl-Artikoli 173 u 175/3 tal-Kodiċi tad-drittijiet u tat-taxxi varji, li jipprovdu li t-tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni (u b’mod partikolari t-tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja) huma suġġetti għal taxxa annwali meta r-riskju jkun jinsab fil-Belġju, b’mod partikolari meta l-persuna li qed tiġi assigurata jkollha r-residenza abitwali tagħha fil-Belġju jew, jekk il-persuna li qed tiġi assigurata hija persuna ġuridika, meta l-istabbiliment ta’ din il-persuna ġuridika msemmija fil-kuntratt jinsab fuq it-territorju Belġjan, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-post ta’ residenza tal-persuna li qed tiġi assigurata fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 3