Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden fis-26 ta’ Mejju 2011 — DTZ Zadelhoff vof vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-259/11)

2011/C 252/27

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DTZ Zadelhoff vof

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

(1)

Il-frażi introduttiva tal-Artikolu 13(B)(d)(5) tas-Sitt Direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li jaqgħu wkoll taħt din id-dispożizzjoni t-tranżazzjonijiet, bħal dawk magħmula mill-parti kkonċernata, li, essenzjalment, jirrigwardaw il-beni immobbli miżmuma mill-kumpanniji kkonċernati u t-trasferiment (indirett) tagħhom, għas-sempliċi raġuni li dawn it-tranżazzjonijiet huma intiżi li jittrasferixxu l-azzjonijiet ta’ dawn il-kumpanniji u li kellhom dan ir-riżultat?

(2)

L-eċċezzjoni għall-eżenzjoni prevista fit-tieni inċiż tal-frażi introduttiva tal-Artikolu 13(B)(d)(5) tas-Sitt Direttiva tapplika wkoll għall-Istat Membru li ma għamilx użu mill-possibbiltà, offruta bil-frażi introduttiva tal-Artikolu 5(3)(ċ) tas-Sitt Direttiva, li jqis bħala beni tanġibbli l-ishma u l-azzjonijiet li l-possessjoni tagħhom tiżgura fid-dritt l-għoti fi proprjetà jew fl-użu u fl-isfruttament ta’ beni immobbli?

(3)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti hija fl-affermattiv, għandhom jitqiesu bħala li jifformaw parti mill-ishma u mill-azzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq l-azzjonijiet ta’ kumpanniji li, direttament jew indirettament (permezz ta’ sottosussidjarji), huma l-proprjetarji ta’ beni immobbli, irrispettivament mill-kwistjoni dwar jekk huma joperawx dawn il-beni immobbli bħala tali jew jekk huma jużawhomx fil-kuntest ta’ impriża ta’ natura differenti?