Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (il-Latvja) fis-26 ta’ Mejju 2011 — Ainārs Rēdlihs vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-263/11)

2011/C 226/31

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ainārs Rēdlihs

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

(1)

Persuna fiżika li xtrat beni (foresta) sabiex tissodisfa bżonnijiet personali u li twettaq provvisti ta’ beni bl-għan li tikkumpensa l-konsegwenzi ta’ każ ta’ forza maġġuri (pereżempju, maltempata) hija persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) u tal-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE (2), li għandha l-obbligu li tħallas it-taxxa fuq il-valur miżjud? Fi kliem ieħor, tali provvista ta’ beni hija attività ekonomika fis-sens tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tad-dritt tal-Unjoni?

(2)

Regola li tgħid li n-nuqqas ta’ reġistrazzjoni f’reġistru tal-persuni taxxabbli suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud jista’ jiġi sanzjonat b’multa stabbilita sa limitu tal-ammont tat-taxxa normalment dovut skont il-valur tal-beni pprovduti, minkejja li l-persuna kkonċernata ma kellhiex tħallas it-taxxa, anki jekk hija ġiet irreġistrata f’dan ir-reġistru, hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).

(2)  Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).