Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fid-9 ta’ Ġunju 2011 — Ministero dell’Economia e delle Finanze u Agenzia delle Entrate vs Elsacom NV

(Kawża C-294/11)

2011/C 252/35

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze u Agenzia delle Entrate

Konvenuta: Elsacom NV

Domanda preliminari

It-terminu ta’ sitt xhur wara l-iskadenza tas-sena kalendarja li matulha t-taxxa saret dovuta, previst fl-aħħar sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(1) tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill 79/1072/KEE (1), tas-6 ta’ Diċembru 1979, għas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud min-naħa tal-persuni taxxabbli mhux residenti ġewwa l-pajjiż, huwa terminu ta’ dekadenza, jiġifieri, huwa previst taħt piena ta’ dekadenza mid-dritt għar-rimbors?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79