Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Ġunju 2011 — J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard; il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-326/11)

2011/C 269/57

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: J.J. Komen en Zonen Beheer Heerhugowaard BV.

Il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën.

Domanda preliminari

L-Artikolu 13B(ġ) moqri flimkien mal-Artikolu 4(3)(a) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment ta’ bini li fuqu twettqu xi xogħolijiet ta’ trasformazzjoni, intiżi sabiex jinħoloq bini ġdid (restawr), mill-bejjiegħ qabel it-trasferiment, liema xogħolijiet tkomplew u tlestew mix-xerrej wara t-trasferiment, ma huwiex eżenti mill-VAT?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)