Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

1.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja) fit-18 ta’ Lulju 2011 — International Bingo Technology, S.A. vs Tribunal Económico Regional de Cataluña (TEARC)

(Kawża C-377/11)

2011/C 290/03

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (Spanja).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: International Bingo Technology, S.A.

Konvenut: Tribunal Económico Regional de Cataluña (TEARC)

Domandi preliminari

(1)

Għall-finijiet tal-integrazzjoni tal-fatt taxxabbli tal-VAT, il-fatt li l-lagħaba tat-tombla jħallsu l-parti tal-prezz tal-biljetti li tikkorrispondi għar-rebħ jimplika li kien hemm konsum awtentiku ta’ oġġetti jew ta’ servizzi?

(2)

Għall-finijiet tar-regoli li jirregolaw id-denominatur użat sabiex tiġi kkalkolata l-perċentwali tal-pro rata, l-Artikolu 11(A)(1)(a), ikkunsidrat flimkien mal-Artikoli 17(5) u 19(1) tas-Sitt Direttiva (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi livell ta’ armonizzazzjoni tali li jipprekludi li fid-diversi Stati Membri jkunu adottati, fuq livell leġiżlattiv jew ġurisprudenzjali, soluzzjonijiet differenti fir-rigward tal-inklużjoni, fil-valur taxxabbli tal-VAT, tal-parti tal-prezz tal-biljetti intiża għall-ħlas tar-rebħ?

(3)

Għall-finijiet tal-integrazzjoni tad-denominatur użat sabiex tiġi kkalkolata l-perċentwali tal-pro rata, l-Artikolu 11(A)(1)(a), ikkunsidrat flimkien mal-Artikoli 17(5) u 19(1) tas-Sitt Direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li, fil-każ tal-logħob tat-tombla, tinkludi fil-valur taxxabbli tal-VAT is-sommom li jikkorrispondu għall-ammont tar-rebħ u li tħallsu mil-lagħaba permezz tax-xiri tal-biljetti?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.