Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fis-17 ta’ Ottubru 2011 — SIA “Mednis” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-525/11)

2012/C 6/08

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts (Il-Latvja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Mednis”

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Domanda preliminari

L-Artikolu 183 tad-Direttiva 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jawtorizza lill-Istati Membri, mingħajr evalwazzjoni speċifika, u fuq il-bażi biss ta’ kalkoli matematiċi, li jirrifjutaw ir-rimbors ta’ dik il-parti ta’ VAT miġbura żejda li taqbeż it-18 % (li tikkorrispondi għar-rata standard tal-VAT) tal-valur totali tat-tranżazzjonijiet taxxabbli mwettqa matul ix-xhur fiskali inkwistjoni, sakemm l-amministrazzjoni fiskali nazzjonali tirċievi d-dikjarazzjoni tat-taxxa annwali tal-persuna taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.