Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

7.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 6/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts(Il-Lettonija) fit-10 ta’ Ottubru 2011 — SIA “Ablessio” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-527/11)

2012/C 6/09

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Ablessio”

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu r-rifjut ta’ numru individwali li jippermetti li persuna taxxabbli tiġi identifikata, għaliex id-detentur tal-ishma kapitali tal-persuna taxxabbli diġà kiseb f’bosta okkażżjonijiet numru individwali għal impriżi oħra li qatt ma verament eżerċitaw attività ekonomika u li l-ishma kapitali ġew assenjati mid-detentur lil persuni oħra fi żmien qasir wara l-għoti tan-numru individwali?

(2)

L-Artikolu 214, moqri flimkien mal-Artikolu 273, tad-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li l-amminstrazzjoni fiskali tiżgura ruħha, qabel l-għoti tan-numru individwali, mill-kapaċità tal-persuna taxxabbli li teżerċita attività taxxabbli, fil-każ li dan il-kontroll ikollu l-għan li jiżgura l-ammont eżatt ta’ VAT li għandu jinġabar u li jevita l-frodi?


(1)  ĠU L 347, p. 1.